Il-one stop shop għas-servizzi mogħtija mill-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.
L-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hi l-entità responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-proprjetà fil-gżejjer Maltin.
Uffiċċju tal-Preżentata
L-uffiċċju jilqa’ applikazzjonijiet għall-ewwel reġistrazzjoni, trasferimenti, ipoteki, kawzjonijiet kif ukoll talbiet għal riċerki uffiċċjali. Mill-uffuċċju jinħarġu wkoll Ċertifikati ta’ titoli u pjanti reġistrati.
Sezzjoni teknika
Is-sezzjoni teknika hija responsabbli mill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet kollha li jaslu fl-uffiċċju tal-preżentata u tikkomunika wkoll man-Nutara u Periti rigward l-istess applikazzjonijiet.
Uffiċċju Pubbliku
L-uffiċċju fejn il-pubbliku jista’ jitlob informazzjoni fuq proprjetà reġistrata. L-uffiċċju hu responsabbli li joħroġ pjanti uffiċċjali tas-sit, ċertifikati ta’ titoli u kopji ta’ dokumentazzjoni miżmuma fir-Reġistru.
L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artijiet
L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet huwa responsabbli mid-deċiżjonjiet fuq applikazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ titolu lil proprjeta’ li jiġu milqugħa fir-Registru. L-uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artijiet japprova l-applikazzjonijiet dejjem jekk dawn huma konformi mar-rekwiżiti legali.
Pjanti Onlajn għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
Agħfas fuq din il-buttuna biex tmur fil-paġna tal-Pjanti Onlajn għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

