Skip to content

Mistoqsijiet frekwenti dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Condominium

Skont il-Liġi Sussidjarja 398.01, l-Aġenzjia twettaq tliet funzjonijijiet ewlenin: 

  1.  Ir-Reġistratur   għandu   jżomm   reġistru   ta’ applikazzjonijiet li jkunu jirreferu għall-amministraturi u r-regoli f’ordni kronoloġiku. 
  2. Notamenti, regoli u dokumenti oħra, li għandhom x’jaqsmu mal-istess condominium għandhom jiġu miżmuma flimkien b’dak il-mod li jitqies xieraq mir-Reġistratur.
  3. Ir-Reġistratur jista’ jniżżel nota tal-fatt li condominium hu reġistrat f’kolonna għar-rimarki li tifforma parti mir-reġistru msemmi fis-subregolament (1) 

Il-funzjonijiet tal-amministratur għandhom jinkludu dan li ġej: 

  1. li jesegwixxi d-deċiżjonijiet tal-laqgħa tal-condomini u li jiżgura l-osservanza tar-regoli li  jirregolaw  il-condominium;
  2. li jirregola l-użu  tal-partijiet  komuni u t-twettiq  ta’ servizzi  fl-interess  komuni,  b’dak  il-mod li l-condomini kollha żgur ikollhom kull benefiċċju possibbli;
  3. li jqassam l-ispejjeż skont l-artikolu 11(1), li jiġbor il-kontribuzzjonijiet mingħand il-condomini u, suġġett għall-approvazzjoni tal-laqgħa, li jistabbilixxi u jmexxi floating fund li l-condomini jikkontribwixxu s-sehem tagħhom fih;
  4. li jwettaq dawk l-atti li jistgħu jeħtieġu għall-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-partijiet komuni;
  5. li jippreżenta l-kontijiet tiegħu quddiem il-condomini f’dawk il-perjodi li dwarhom jista’  jiġi  deċiż  fil-laqgħa jew hekk kif jista’ jiġi stabbilit fir-regoli li jirregolaw il-condominium;
  6. li jitlob pretensjonijiet jew jirċievi flejjes jew imgħaxijiet;
  7. fejn ikun ġie hekk miftiehem skont l-artikolu 14(5), li jmexxi kif meħtieġ  biex ikun hemm  fis-seħħ assigurazzjoni adegwata tal-condominium; u
  8. li jwettaq kull ħaġa oħra li tkun anċillari jew li twassal għat-tmexxija sew tal-condominium 

Artikolu 15 tal-Liġi jipprovdi illi meta jkun hemm iktar minn tliet condomini, il-laqgħa tal-condomini għandha taħtar amministratur. Jekk il-laqgħa ma tagħmilx dik il-ħatra, il-kwestjoni għandha tiġi riferita għall-arbitraġġ minn condominus wieħed jew iktar u l-amministratur jinħatar mill-arbitru. Meta jkun hemm tliet condomini jew inqas, dawn jamministraw flimkien kemm-il darba ma jiftehmux xort’oħra 

Sabiex tissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ amministratur, trid tiġi sottomessa Formola 1. Id-dokumenti li huma rikjesti meta tiġi preżentata Formola 1 huma dawn: 

  1. Risoluzzjoni
  2. Pjanta tas-Sit f’każ tal-ewwel reġistrazzjoni ta’ amministratur

Importanti li wieħed jinnota illi l-Formola 1 trid tiġi sottomessa f’żewġ kopji.  

F’ laqgħa ġenerali li tissejjaħ għas-sidien kollha tal-condominium fejn trid tiġi iffurmata quorum. Il-quorum ta’ laqgħa jkun l-għadd ta’ condomini li jirrappreżentaw żewġ terzi mill-oqsma. L-amministratur jistajiġi appuntat b’maġġoranza sempliċi. Jekk fi żmien nofs siegħa mill-ħin stabbilit għal-laqgħa ma jkunx hemm quorum preżenti, il-laqgħa tibqaaġġornata għall-istess jum tal-ġimgħa ta’ wara fl-istess ħin u post jew għal xi jum ieħor u f’dak il-ħin u post ieħor hekk kif l-amministratur jistajindika bil-quddiem fl-avviż li jkun qed isejjaħ illaqgħa, u jekk fil-laqgħa aġġornata jibqa’ ma jkunx hemm quorum fi żmien nofs siegħa mill-ħin stabbilit, il-condominus jew condomini li jkun hemm preżenti jew li jkunu rappreżentati f’dik il-laqgħa għandhom huma nnifishom jagħmlu quorum. 

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-amministratur għandha jew tiġi sottomessa bl-idejn fl-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet jew tintbagħat bil-posta. Id-dokumenti sottomessi għandhom jigu sottomessi f’żewġ kopji, b’kull paġna iffirmata mill-amministratur 

Il-miżata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ amministratur hija ta’ €5 għal kull qasam fi ħdan il-condominium.

Wara r-reġistrazzjoni tal-amministratur, tistawkoll tiġi sottomessa applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-regoli fejn l-istess ħlas japplika. Il-ħlas jistajsir permezz ta’ cheque pagabbli lillAġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

l-Formola 1 hija obbligatorja meta tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ amministratur għall-ewwel darba, bidla fl-amministratur jew tiġdid tal-amministratur. Il-formola għandha tkun skont ir-rekwiżiti li insibuhom fil-Liġi Sussidjarja 398.01 liema formula trid timtela u tiġi sottomessa f’żewġ kopji, b’kull paġna iffirmata mill-amministratur.  

Jekk ikunu tfasslu r-Regoli għall-Condominium, allura Formola 2 trid tiġi sottomessa. Din għandha timtela u tintbagħat f’żewġ kopji.  

Ir-Regoli għandhom jiġu ifirmati minn żewġ terzi (2/3) ta’ dawk prezenti għal-laqgħa fuq kull paġna. L-aħħar paġna għandha tikkonsisti minn tabella li tinkludi dettalji sħaħ tas-sidien u cioe’ , in-numru tal-qasam, l-isem tas-sid, in-numru tal-karta tal-identita’ u firma tas-sid.  

Ma’ kull applikazzjoni għandha tiġi sottomessa Riżoluzzjoni oriġinali iffirmata mis-sidien.  

Meta tirreġistra l-amministratur għall-ewwel darba, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn pjanta tas-sit uffiċċjali tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet li tindika b’mod ċar il-post tal-Condominium, iżda dan ma jeħtieġx l-approvazzjoni/firma minn Perit. Din il-pjanta tistatiġi ordnata onlajn permezz tal-portal www.landsregistryplans.gov.mt . 

Meta jkun hemm iktar minn tliet condomini, il-laqgħa tal-condomini għandha taħtar amministratur. Meta jkun hemm tliet condomini jew inqas, dawn jamministraw flimkien kemm -il darba ma jiftehmux xort’oħra 

Jekk amministratur jrid jirreżenja qabel ma jiskadi l-perjodu tal-ħatra, l-amministratur irid isejjaħ laqgħa biex jiddiskuti l-ħatra ta’ġ amministratur ġdid. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim jew ma tisejjaħ ebda laqgħa, allura l-amministratur jista’ jirreferi l-kwistjoni għall-arbitraġġ. Ir-reġistru jiġi emendat biss meta r-Reġistratur jiġi notifikat bil-ħatra l-ġdida permezz ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ ħatra u bid-dettalji tal-amministratur il-ġdid skont Artikolu 15 tal-Att dwar il-Condominia.

Back to top
Land Registry
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.