Formoli

L-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hija responsabbli mir-reġistrazzjoni ta’ titoli lill-proprjetajiet li jaqgħu f’żoni ta’ reġistrazzjoni.

Meta l-konvenju jiġi iffirmat u qabel ma jsir it-trasferiment tal-proprjeta’, tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni għar- riċerka flimkien ma pjanta tas-sit li tinħareġ mir-Reġistru tal-Artijiet (jew pjanti dettaljati skont il-każ), fl-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Din l-applikazzjoni tiġi preżentata permezz tal-Formola E sabiex tingħata risposta jekk :

  1. Il-proprjeta’ tinsabx f’żona ta’ reġistrazzjoni
  2. Il-proprjeta’ tinsabx f’żona ta’ reġistrazzoni u jekk ġietx reġistrata jew le
  3. Il-proprjeta’ hijiex affetwata minn ipoteki, privileġġi jew kawzjonijiet
  4. Hemmx xi fatturi oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-bejgħ tal-proprjeta’

Jekk mir-risposta tar-Riċerka Uffiċjali ma jirriżultax illi hemm ostakli u eventwalment isir il-bejgħ tal-proprjeta’, hemm proċedura fl-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet li trid tiġi eżegwita. Meta il-kuntratt jiġi finalizzat, L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet (Kapitolu 296 tal-Liġijiet ta’ Malta) jobbliga lin-Nutar sabiex jirreġistra il-kuntratt dejjem jekk il-proprjeta’ tinsab f’żona ta’ reġistrazzjoni. Din ir-reġistrazzjoni għandha issir fi żmien ħmistax (15) -il ġurnata mid-data li il-kuntratt jiġi iffirmat. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni issir permezz ta’ Formola A flimkien mad-dokumentazzjoni neċessarja li fuqha qed tiġi ibbażata r-reġistrazzjoni bħal kuntratt u pjanti relattivi fost l-oħrajn. Ir-reġistrazzjoni ta’ ipoteka u privileġġ issir permezz ta’ Formola B.

Formoli għar-Reġistrazzjoni ta’ Propjeta’

Tiġi sottomessa Formola A għaċ-ċirkostanzi li ġejjin: 

A) L-Ewwel Reġistrazzjoni

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta 

B) Trasferiment 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta/ Dikjarazzjoni

C) Trasferiment Parzjali

  1. Kopja ta’ kuntratt iffirmat
  2. Pjanta/ Pjanti Dettaljati

D) Enfitewsi/sub-enfitewsi 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta/ Dikjarazzjoni 

E) Konverzjoni ta’ enfitewsi temporanju 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta/ Dikjarazzjoni 

F) Dritt ta’ Kumpens 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta 

G) Reċissjoni 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 

H) Ratifika 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 

I) Kostituzzjoni ta’ servitu 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta 

J) Divizjoni 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta/Pjanti Dettaljati 

K) Emmissjoni tal-Pussess 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat 
  2. Pjanta 

L) Rinunzja 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat jew senteza tal-qorti 
  2. Pjanta/ Dikjarazzjoni 

M) Korrezzjoni 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat jew Dikjarazzjoni iffirmata mis-sidien 
  2. Pjanta (jekk l-applikazzjoni tkun korrezzjoni ta’ pjanta) 

N) Irtirar ta’ Applikazzjoni 

O) Trasmissjoni 

  1. Kopja ta’ kuntratt causa mortis jew jekk il-mewt seħħet qabel 25/11/1992 
  2. Riċerki testamentarji 
  3. Ċertifikat tal-mewt 
  4. Testment jekk mewt testata, jekk intestate trid issir lista tal-eredi magħmula min-Nutar. 
  5. Pjanta/ Dikjarazzjoni 

P) Fidi ta’ ċens 

  1. Kuntratt jew skeda ta’ depożitu 
  2. Pjanta/ Dikjarazzjoni 

Q) Separazzjoni Personali 

  1. Kuntratt jew kopja ta’ digriet tal-qorti jew sentenza tal-qorti 
  2. Pjanta/ Dikjarazzjoni 

Formola B tista’ tiġi sottomessa għaċ-ċirkostanzi li ġejjin: 

A) Sottomessjoni ta’ Ipoteka fuq titolu 

  1. Kuntratt iffirmat min-Nutar. 
  2. Kopja ta’ nota ta’ ipoteka (Vol I) preżentata fir-Reġistru Pubbliku 

B) Sottomessjoni ta’ ipoteka fuq propjeta’ mhux reġistrata tirrikjedi 

  1. Kuntratt iffirmat min-Nutar 
  2. Kopja ta’ nota ta’ ipoteka (Vol I) preżentat fir-Reġistru Pubbliku 
  3. Pjanta (jekk il-propjeta’ mhux reġistrata jew jekk parti biss mill-propjeta’ hija reġistrata) 

 Formola Ċ tista’ tiġi sottomessa għaċ-ċirkostanzi li ġejjin: 

A) Kanċellament 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat min-Nutar 
  2. Kopja ta’ nota ta’ referenza (Vol R) preżentata fir-Reġistru Pubbliku 

B) Waiver/ Riduzzjoni 

  1. Pjanta 

C) Postponiment 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat min-Nutar 
  2. Kopja ta’ nota ta’ referenza (Vol R) preżentat fir-Reġistru Pubbliku 

D) Surroga 

  1. Kopja ta’ Kuntratt iffirmat min-Nutar 
  2. Kopja ta’ nota ta’ referenza (Vol R) preżentata fir-Reġistru Pubbliku 

 

Tiġi sottomessa Formola D meta tapplika għal Kawzjoni. Dan jeħtieġ ukoll: 

A) Affidavit 

B) Kwalunkwe document/ kuntratt biex jipprova s-sjieda jew kwalunkwe dritt ieħor 

C) Pjanta 

Tiġi sottomessa Formola E meta tintalab riċerka uffiċjali fuq proprjetà. Il-formola hija ppreżentata flimkien ma’ pjanta tas-sit. L-għan ta’ Formola E huwa li tinkiseb informazzjoni dwar jekk proprjetà hijiex f’żona ta’ reġistrazzjoni jew le kif ukoll li tikseb kwalunkwe informazzjoni dwar il-proprjetà speċifika jekk tkun diġà rreġistrata mal-Aġenzija. 

Back to top Skip to content