Formoli għar-Reġistrazzjoni ta’ Propjeta’
Tiġi sottomessa Formola A għaċ-ċirkostanzi li ġejjin:
A) L-Ewwel Reġistrazzjoni
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta
B) Trasferiment
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta/ Dikjarazzjoni
C) Trasferiment Parzjali
- Kopja ta’ kuntratt iffirmat
- Pjanta/ Pjanti Dettaljati
D) Enfitewsi/sub-enfitewsi
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta/ Dikjarazzjoni
E) Konverzjoni ta’ enfitewsi temporanju
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta/ Dikjarazzjoni
F) Dritt ta’ Kumpens
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta
G) Reċissjoni
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
H) Ratifika
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
I) Kostituzzjoni ta’ servitu
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta
J) Divizjoni
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta/Pjanti Dettaljati
K) Emmissjoni tal-Pussess
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat
- Pjanta
L) Rinunzja
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat jew senteza tal-qorti
- Pjanta/ Dikjarazzjoni
M) Korrezzjoni
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat jew Dikjarazzjoni iffirmata mis-sidien
- Pjanta (jekk l-applikazzjoni tkun korrezzjoni ta’ pjanta)
N) Irtirar ta’ Applikazzjoni
O) Trasmissjoni
- Kopja ta’ kuntratt causa mortis jew jekk il-mewt seħħet qabel 25/11/1992
- Riċerki testamentarji
- Ċertifikat tal-mewt
- Testment jekk mewt testata, jekk intestate trid issir lista tal-eredi magħmula min-Nutar.
- Pjanta/ Dikjarazzjoni
P) Fidi ta’ ċens
- Kuntratt jew skeda ta’ depożitu
- Pjanta/ Dikjarazzjoni
Q) Separazzjoni Personali
- Kuntratt jew kopja ta’ digriet tal-qorti jew sentenza tal-qorti
- Pjanta/ Dikjarazzjoni
Formola B tista’ tiġi sottomessa għaċ-ċirkostanzi li ġejjin:
A) Sottomessjoni ta’ Ipoteka fuq titolu
- Kuntratt iffirmat min-Nutar.
- Kopja ta’ nota ta’ ipoteka (Vol I) preżentata fir-Reġistru Pubbliku
B) Sottomessjoni ta’ ipoteka fuq propjeta’ mhux reġistrata tirrikjedi
- Kuntratt iffirmat min-Nutar
- Kopja ta’ nota ta’ ipoteka (Vol I) preżentat fir-Reġistru Pubbliku
- Pjanta (jekk il-propjeta’ mhux reġistrata jew jekk parti biss mill-propjeta’ hija reġistrata)
Formola Ċ tista’ tiġi sottomessa għaċ-ċirkostanzi li ġejjin:
A) Kanċellament
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat min-Nutar
- Kopja ta’ nota ta’ referenza (Vol R) preżentata fir-Reġistru Pubbliku
B) Waiver/ Riduzzjoni
- Pjanta
C) Postponiment
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat min-Nutar
- Kopja ta’ nota ta’ referenza (Vol R) preżentat fir-Reġistru Pubbliku
D) Surroga
- Kopja ta’ Kuntratt iffirmat min-Nutar
- Kopja ta’ nota ta’ referenza (Vol R) preżentata fir-Reġistru Pubbliku
Tiġi sottomessa Formola D meta tapplika għal Kawzjoni. Dan jeħtieġ ukoll:
A) Affidavit
B) Kwalunkwe document/ kuntratt biex jipprova s-sjieda jew kwalunkwe dritt ieħor
C) Pjanta
Tiġi sottomessa Formola E meta tintalab riċerka uffiċjali fuq proprjetà. Il-formola hija ppreżentata flimkien ma’ pjanta tas-sit. L-għan ta’ Formola E huwa li tinkiseb informazzjoni dwar jekk proprjetà hijiex f’żona ta’ reġistrazzjoni jew le kif ukoll li tikseb kwalunkwe informazzjoni dwar il-proprjetà speċifika jekk tkun diġà rreġistrata mal-Aġenzija.