Uffiċċju tal-Preżentata
L-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hija responsabbli mir-reġistrazzjoni ta’ titoli lill-proprjetajiet li jaqgħu f’żoni ta’ reġistrazzjoni.
Meta l-konvenju jiġi iffirmat u qabel ma jsir it-trasferiment tal-proprjeta’, tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni għar- riċerka flimkien ma pjanta tas-sit li tinħareġ mir-Reġistru tal-Artijiet (jew pjanti dettaljati skont il-każ), fl-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Din l-applikazzjoni tiġi preżentata permezz tal-Formola E sabiex tingħata risposta jekk:
- Il-proprjeta’ tinsabx f’żona ta’ reġistrazzjoni
- Il-proprjeta’ tinsabx f’żona ta’ reġistrazzoni u jekk ġietx reġistrata jew le
- Il-proprjeta’ hijiex affetwata minn ipoteki, privileġġi jew kawzjonijiet
- Hemmx xi fatturi oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-bejgħ tal-proprjeta’
Jekk mir-risposta tar-Riċerka Uffiċjali ma jirriżultax illi hemm ostakli u eventwalment isir il-bejgħ tal-proprjeta’, hemm proċedura fl-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet li trid tiġi eżegwita. Meta il-kuntratt jiġi finalizzat, L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet (Kapitolu 296 tal-Liġijiet ta’ Malta) jobbliga lin-Nutar sabiex jirreġistra il-kuntratt dejjem jekk il-proprjeta’ tinsab f’żona ta’ reġistrazzjoni. Din ir-reġistrazzjoni għandha issir fi żmien ħmistax (15) -il ġurnata mid-data li il-kuntratt jiġi iffirmat. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni issir permezz ta’ Formola A flimkien mad-dokumentazzjoni neċessarja li fuqha qed tiġi ibbażata r-reġistrazzjoni bħal kuntratt u pjanti relattivi fost l-oħrajn. Ir-reġistrazzjoni ta’ ipoteka u privileġġ issir permezz ta’ Formola B.
Servizzi Offruti
- Ivvettjar tal-applikazzjonijiet għar-Reġistrazzjoni ta’ Titoli ta’ Proprjetà Immobbli (Formola A)
- Ivvettjar tal-applikazzjonijiet għall-Ipoteki (Formola B)
- Ivvettjar tal-applikazzjonijiet għar-Referenza tal-Ipoteka (Formola Ċ)
- Ivvettjar tal-applikazzjonijiet għall-Kawzjoni (Formola D)
- Ivvettjar tal-applikazzjonijiet għar-Riċerka Uffiċċjali (Formola E)
- Jirċievi ħlasijiet relatati mal-applikazzjonijiet.
- Joħroġ kopji ta’ Ċertifikati ta’ Titoli u dokumenti relatati.

Sezzjoni Teknika
Is-Sezzjoni Teknika hi responsabbli mill-ipproċessar ta’ kull applikazzjoni sottomessa fl-Aġenzija. Kull dokument sottomess mal-applikazzjoni jiġi ivverifikat, u l-perimetru ta’ kull proprjetà jkun immarkat fis-sistema diġitali tal-Aġenzija. Uffiċċjali f’din is-sezzjoni huma responsabbli minn kull komunikazzjoni neċessarja man-Nutara u Periti.
Servizzi Offruti
- Ipproċessar tad-dokumenti sottomessi mal-applikazzjonijiet inkluż pjanti u dokumenti oħra rikjesti għar-reġistrazzjoni ta’ Titoli Immobbli u Ipoteki.
- Proċessar ta’ dawn it-talbiet u li jiġu riferuti lir-Reġistratur tal-Artijiet.
- Verifiki ta’ pjanti u perimetri ta’ proprjetà.
- Evalwazzjoni u ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal talbiet għar-Riċerki Uffiċċjali.
Uffiċċju tal-Condominia
L-Uffiċċju huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni ta’ amministraturi ġodda u tibdiliet ta’ amministraturi tal-blokok ta’ proprjetajiet kif ukoll reġistrazzjoni ta’ regolamenti li jirregolaw il-Condominia.
Servizzi Offruti
- Jintlaqaw applikazzjonijiet relatati mal-Condominia (Formoli 1 u 2)
- Proċessar tal-applikazzjonijiet
- Jintlaqaw pagamenti għall-applikazzjonijiet


Uffiċju Pubbliku
Servizzi Offruti
- Ħruġ ta’ pjanti uffiċċjali tas-sit
- Jintlaqaw pagamenti għall-pjanti uffiċċjali tas-sit, ċertifikati ta’ titoli u ta’ kopji ta’ dokumenti miżmuma fir-Reġistru.
Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artijiet
L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet huwa responsabbli mid-deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet tar-Reġistru tal-Artijiet u dokumenti annessi mal-istess applikazjonijiet.
Servizzi Offruti
- Deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet tar-Reġistru tal-Artijiet
- Approvazzjoni tal-applikazzjonijiet dejjem jekk dawn huma konformi mar-rekwiżiti legali
- Evalwazzjoni tal-kawzjonijiet

Iltaqa mat-tim tagħna
Iltaqa mat-tim tal-Aġenzija tar-reġistru tal-artijiet.